Il-President Amerikan Joe Biden insista illi l-vot fuq il-pjan infrastrutturali tiegħu, li jammonta għal triljun dollaru, jgħaddi mill-Kungress minħabba nuqqas ta’ qbil mill-membri fil-Partit tiegħu stess.
Uħud mid-Demokratiċi qed jirrifjutaw milli jgħaddu dan il-vot qabel ma jgħaddi l-vot tal-ħarsien soċjali u t-tibdil fil-klima li jammonta għal tliet triljun u nofs dollaru.
Biden żar Capitol Hill ilbieraħ fi żjara li ma kinitx mistennija, li matulha huwa ltaqa’ b’mod privat mar-Rappreżentanti tal-Kamra Demokratiċi bit-tama li jipprova jikkonvinċihom jivvotaw favur dan il-pjan infrastrutturali.
Il-President Amerikan tenna li ma jimpurtax kemm idum biex jgħaddi l-vot, l-importanti li jitwettaq il-pjan.