Il-President Amerikan Joe Biden laqa’ d-deċiżjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali li biha ħarġet mandat t’arrest fil-konfront tal-President Russu Vladimir Putin.
Il-Qorti Kriminali Internazzjonali qed takkużah b’reati ta’ gwerra fuq l-Ukrajna. Reati li skont il-President Amerikan hija ovvja li għamilhom Putin.
L-akkużi jiffokaw fuq id-deportazzjoni illegali tat-tfal mill-Ukrajna lejn ir-Russja.
Moska ċaħdet dawn l-allegazzjonijiet u rreferiet għall-mandati li ħarġu bħala skandalużi.
Minkejja kollox, ir-Russja mhijiex membru tal-Qorti Kriminali Internazzjonali u għaldaqstant ifisser li l-Qorti m’għandha l-ebda awtorità fuq ir-Russja