Il-President Amerikan Joe Biden ikkundanna liġi ġdida li għaddiet fl-istat ta’ Texas li tipprojbixxi li jsir abort minn sitt ġimgħat mill-konċepiment ‘il quddiem.
Biden wiegħed li se jkun qed jiddefendi d-drittijiet kostituzzjonali tan-nisa, filwaqt li sejjaħ din il-projbizzjoni bħala waħda estrema li tfixkel b’mod sinifikanti l-aċċess għall-kura tas-saħħa lin-nisa.
Tobba u gruppi favur id-drittijiet tan-nisa wkoll ikkritikaw bil-qawwa din il-liġi dwar l-abort, li hija fost l-aktar waħda ristretta fl-Amerika.