Il-Kungress Amerikan waqqaf vot fuq il-pjan infrastrutturali għall-pajjiż b’investiment ta’ triljun dollaru.
Ħaġa li qed tiġi deskritta bħala l-akbar daqqa politika li laqqat Il-President Amerikan Joe Biden s’issa.
Dan seħħ wara li kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-paritit fil-Kungress.
Sakemm iseħħ dan, għalissa għaddiet miżura temporanja sabiex il-Gvernijiet Federali jkunu mgħejjuna finanzjament sal-bidu ta’ Diċembru.
Il-mużewijiet federali, il-parks nazzjonali u programmi oħra kien se jkollhom jagħlqu u jieqfu mingħajr dawn il-fondi.