Il-President Amerikan Joe Biden hedded b’sanzjonijiet ġodda kontra l-Myanmar wara l-kolp ta’ stat li sar mill-militanti tal-pajjiż.
Is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti tneħħew ftit ilu wara li l-Myanmar beda ħiereġ minn snin ta’ dittatorjat militari.
Fil-Myanmar stess qed jiġi mitlub li l-Mexxejja Aung San Suu Kyi tinħeles mill-arrest.