Il-President Amerikan Joe Biden assigura lill-membri tad-Demokratiċi li hu jista’ jerbaħ l-elezzjoni Presidenzjali ta’ Novembru li ġej kontra l-eks President Amerikan Donald Trump.
Dan wara li hemm tħassib kbir fost il-partit, wara d-dibattitu disastruz li kellu aktar kmieni din il-ġimgħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Waqt li kien qed jitkellem f’attività, Joe Biden sostna li hu ma kellux lejl tajjeb fid-dibattitu, iżda lanqas Trump.
Lil dawn il-membri, Biden qalhom li hu jista’ jirbaħ l-elezzjoni.