Il-President Amerikan Joe Biden eskluda li jibgħat ġettijiet tal-ġlied F-16 lejn l-Ukrajna, minkejja li uffiċjali Ukreni reġgħu għamlu numru ta’ talbiet għall-appoġġ bl-ajru.
Din id-dikjarazzjoni mill-President Amerikan waslet jum wara li l-Kanċillier Ġermaniż, Olaf Scholz, ukoll eskluda milli jibgħat ajruplani tal-ġlied.
L-F-16s huma meqjusa bħala l-aktar ġettijiet affidabbli fid-dinja; fil-fatt, l-użu tagħhom ikun ifisser titjib sinifikanti fuq l-ajruplani li qed tuża l-Ukrajna li saru qabel ma’ l-pajjiż ħa l-indipendenza mill-Unjoni Sovjetika aktar minn 30 sena ilu.
Madanakollu, Biden ċaħad ripetutament it-talbiet tal-Ukrajna għall-ġettijiet u minflok iffoka fuq li jipprovdi appoġġ militari b’modi differenti.