Fi stqarrija l-Pentagon qal illi l-militar Amerikan wettaq attakk mill-ajru fil-Lvant tas-Sirja fuq militanti li għandhom l-appoġġ mill-Iran.
Il-President Amerikan Joe Biden approva dan l-attakk b’reazzjoni għall-attakki li saru aktar kmieni dan ix-xahar kontra l-Istati Uniti kif ukoll fuq persuni viċin il-Gvern Amerikan fl-Iraq.