Il-President Amerikan Joe Biden kellu kliem ta’ twissija għar-Russja hekk kif kulma ma jmur tkompli tikber il-biża’ ta’ invażjoni imminenti tal-Ukrajna mir-Russja.
Il-President Biden qal li ser jagħmilha diffiċli biex ir-Russja tinvadi lill-pajjiżi ġirien,
Il-Midja Amerikana qiegħda tirrapporta li uffiċjali tas-sigurtà qegħdin jibżgħu li ser ikun hemm invażjoni kmieni s-sena d-dieħla.
Filfatt din l-aħbar waslet hekk kif l-Ukrajna qalet li r-Russja żiedet il-preżenza militari tagħha mal-fruntieri u huwa mifhum li hemm madwar erbgħa u disgħin elf suldat.
Il-ġimgħa d-dieħla, l-President Russu Vladimir Putin u Biden mistennija jagħmlu kuntatt f’telefonata bi sforz biex tonqos it-tensjoni.