L-Istati Uniti qalu li qed jippreparaw rispons robust f’każ li r-Russja tinvadi l-Ukrajna.
Dan intqal wara l-President Amerikan Joe Biden ħa sehem f’taħdita virtwali u rari mal-President Russu Vladimir Putin.
Waqt din il-laqgħa Biden esprima t-tħassib tiegħu dwar l-ammont ta’ truppi Russi mal-fruntieri Ukreni u saħansitra hedded li jieħu deċiżjoni b’miżuri b’saħħithom ekonomiċi fost oħrajn.
Dan filwaqt li r-Russja qalet li mhux se tinvadi l-Ukrajna. Hawnhekk Putin akkuża lill-Ukrajna bi provokazzjoni.
F’filmat li ġie ppubblikat juri l-mument li ż-żewġ mexxejja ltaqgħu iżda l-laqgħa kompliet wara bibien magħluqa u damet madwar sagħtejn.