Attakk mir-Russja fuq l-Ukrajna xorta hija possibiltà kbira, qal dan il-President tal-Istati Uniti Joe Biden fejn tenna kif kawża ta’ hekk jintilfu ħafna ħajjiet.
Fil-kumment tiegħu, Biden qal li l-Istati Uniti tinsab lesta biex tirrispondi jekk qatt dan il-pass isir.
Biden qal li r-Russja kellha madwar mija u ħamsin elf suldat mal-fruntieri tal-Ukrajna.
Il-Ministru għad-difiża Russa qal li wħud mill-forzi ġew irtirati fejn Biden innota li din l-aħbar għadha ma ġietx ikkonfermata.