Il-President Amerikan Joe Biden sostna li l-Istati Uniti qegħdin fil-ħin biex ilaħħqu mat-tmiem id-data ta’ skadenza tal-ftehim tagħhom biex jevakwaw.
Dan minkejja diversi sejħiet fosthom mill-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson biex ikun hemm estensjoni u ma jitilqux fil-31 t’Awwissu.
Biden stqarr, “aktar ma nlestu qabel, tant l-aħjar”.
Midja Amerikana qed tirrapporta li diversi truppi Amerikani diġà telqu mill-Afganistan. Dan filwaqt li kważi 70,700 ruħ diġà ġew evakwati mill-pajjiż maħkum mit-Taliban.
Il-President Amerikan qal li l-Taliban ħadu diversi miżuri sabiex jgħinu lill-Amerikani jevakwaw u żied jgħin li l-komunità internazzjoni ser tiġġudika t-Taliban fuq l-azzjonijiet tagħhom.
Minkejja dan, Biden qal li ħadd mhu ser joqgħod fuq il-kelma tat-Taliban.