Bħal-lum sena, Joe Biden ħa l-ġurament biex ikun is-46 President tal-Amerika.
Waqt diskors li jfakkar l-ewwel anniversajru, Biden qal li sar progress enormi f’din is-sena li ilu fl-ogħla kariga Amerikana, iżda saħaq ukoll li se jkompli jindirizza sfidi ewlenin; inkluż il-pandemija tal-COVID-19 u ż-żieda fil-prezzijiet.
Fil-fatt, fid-diskors tiegħu, Biden enfasizza fuq il-kisbiet tal-amministrazzjoni tiegħu minkejja l-isfidi.
Il-President Amerikan tkellem fost oħrajn dwar ir-rata ta’ tilqim fl-Istati Uniti, il-ġlieda kontra l-qgħad u l-abbozzi ta’ liġi li ffirma għall-infrastruttura.
Intant, iċ-Ċentri għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard Amerikani ħabbru li 67% tal-Amerikani li għandhom ‘il fuq minn 50 sena u huma eleġibbli għall-vaċċin huma mlaqqma kompletament, filwaqt li 80% ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża.