Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden ħabbar l-ewwel Budget annwali tiegħu li jammonta għal 6 triljun dollaru.
Pjan li jinkludi żieda fit-taxxi għal dawk fl-Istati Uniti li jaqilgħuha tajjeb flimkien ma’ programmi soċjali kbar u investiment kbir fil-ġlieda kontra l-isfida tat-tibdil tal-klima.
Dan il-Budget issa għandu bżonn l-approvazzjoni tal-Kungress Amerikan, u bih id-dejn tal-Istati Uniti mistenni jilħaq il-117% sal-2031.
B’hekk id-dejn se jiżboq saħansitra l-livelli tat-Tieni Gwerra Dinjija.