Waqt l-ewwel diskors tiegħu f’seduta konġunta tal-Kungress, il-President Amerikan Joe Biden ħabbar proposti kbar fosthom benefiċċji fis-setturi tax-xogħol, l-edukazzjoni u l-ħarsien soċjali.
Skont analisti, dawn il-proposti li jlaħħqu l-erba’ triljun Dollaru Amerikan u li ħabbar lejliet l-ewwel 100 jum tiegħu fil-White House, huma l-akbar reviżjoni tal-benefiċċji fl-aħħar ħamsin sena.