Il-President Amerikan Joe Biden wasal fir-Renju Unit għal laqgħa mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Rishi Sunak u r-Re Charles Tlieta dwar il-gwerra fl-Ukrajna.
Dan qed isir qabel summit tan-NATO fil-Litwanja aktar tard din il-ġimgħa wara li diversi alleati kkontestaw is-sejħa tal-President Biden biex jintbagħtu bombi fl-Ukrajna.
Ir-Renju Unit u l-Kanada kienu fost dawk li esprimew tħassib dwar dawn il-bombi, li huma pprojbiti minħabba l-perikli li jistgħu joħolqu.
L-Istati Uniti qalet li huma meħtieġa minħabba li l-ammont ta’ armi li għandha l-Ukrajna qed tonqos.
Waqt din iż-żjara, il-President Biden se jiltaqa’ wkoll mar-Re Charles Tlieta għall-ewwel darba minn meta r-Re ġie inkurunat.