Fl-Istati Uniti għadna mingħajr rebbieħ iżda l-kandidat Demokratiku Joe Biden jinsab viċin aktar minn qatt qabel biex jirbaħ il-Presidenza.
Fl-aħħar sigħat, Joe Biden, li kien minn taħt fl-istati ta’ Georgia u Pennysylvannia issa għadda lil Donald Trump u qiegħed fuq quddiem.
B’Pennsylvannia biss, Biden jikseb l-ogħla kariga fil-White House hekk kif dan l-istat fih għoxrin vot tal-elettur u b’dak biss, Biden jaqbeż in-numru mitejn u sebgħin li għandu bżonn il-kandidat għal President tal-Amerka.
Il-kandidat Demokratiku Joe Biden appella għall-kalma u talab biex f’ġieh id-demokrazija jingħadd kull vot.
B’Kamala Harris ħdejh, Biden għadda indirizz qasir li fih qal li jinsab fiduċjuż li hekk kif jintemm l-għadd hu se jkun President u Harris se tkun il-Viċi President tal-Istati Uniti.
F’Delaware, Biden qal hekk:
“Democracy is sometimes messy but it sometimes requires a little patience as well. But that patience has been rewarded now for more than 240 years with the system of governance that has been envy of the World. And we continue to feel, Senator and I, we continue to feel very good about where things stand. We have no doubt that when the count is finished, Senator Harris and I will be declared the winners.”
Intant Trump għamel indirizz fil-White House u allega li qed isir tbagħbis.
Għal dan kollu l-midja kkundannatu u qalet li qed jgħid il-falz: “Our goal is to defend the integrity of the election. We will not allow the corruption to steal such important election and we can’t allow to silence our voters.”
Intant l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, Nancy Pelosi, voċifera kontra Trump u figura importanti fil-kamp Demokratiku qalet li tlifna battalji iżda rbaħna l-gwerra.
Sostniet li għalkemm id-Demokratiċi tilfu xi siġġijiet fil-Kamra tar-Rappreżentanti u ma nkisbitx il-maġġoranza fis-Senat, xorta qed tara d-dawl f’dak li se jiġri hekk kif Joe Biden u Kamala Harris mistennija jsiru l-President u l-Viċi President tal-Istati Uniti.