Il-President Amerikan Joe Biden jinsab fil-Polonja fejn iltaqa’ ma’ żewġ Ministri Ukreni.
Din kienet l-ewwel laqgħa li l-President Amerikan kellu wiċċ imb’ wiċċ ma’ uffiċjali daqshekk għolja fi ħdan il-Gvern Ukren minn mindu xahar ilu l-forzi Russi invadew l-Ukrajna.
Il-White House qalet ukoll li s-Segretarju tal-Istat Amerikan, Anthony Blinken u dak responsabbli mid-Difiża, Lloyd Austin ser jiltaqgħu mal-Ministri Ukreni Dmytro Kuleba u Oleksii Reznikov.
Biden ilu mill-Ġimgħa ġewwa l-Polonja b’laqgħat u mistenni li jiltaqa’ ukoll mal-President Andrzej Duda.