“Illum wettaqtu x-xewqa ta’ għexieren ta’ eluf ta’ dilettanti tal-motorsport”.
Hekk saħaq il-President tal-Federazzjoni tal-Motorsport Duncan Micallef fil-laqgħa tal-Kabinett wara li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li t-trakka tal-karozzi se ssir realtà f’Ħal Far b’investiment ta’ €20 miljun.
Bid-dmugħ f’għajnejh u emozzjonat bil-ferħ, Micallef irringrazzja partikolarment lill-Prim Ministru u lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-isport Clifton Grima.
Ara x’qal is-Sur Micallef.