Illum il-poplu Malti u Għawdxi ra b’għajnejh Kap tal-Oppożizzjoni dgħajjef li mhux kapaċi jieħu deċiżjoni.
Qal dan il-Partit Laburista fi stqarrija b’rabta ma’ dak li ġara fil-Parlament illejla, fejn intqal li issa għandna konferma ċara: Bernard Grech u l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista bl-ebda mod ma jistgħu jwaqqfu lil Karol Aquilina mill-estremiżmu li jrid li l-Oppożizzjoni tmexxi bih.
Għalhekk, l-unika għażla li kien fadallu Bernard Grech kienet li jfarfar, jabdika mir-responsabilità u jaħrab ‘il barra.
Il-Partit Nazzjonalista spiċċa f’konfużjoni u kaos. Bejn il-politika ta’ mibegħda u l-politika li tikkundanna l-mibegħda: Bernard Grech u d-deputati Nazzjonalisti għażlu l-politika tal-mibegħda ta’ Karol Aquilina. Illum Bernard Grech u d-deputati kollha Nazzjonalisti kkonfermaw, issa biċ-ċertifikat, lil Karol Aquilina bħala l-Kap veru tal-Partit Nazzjonalista. Bid-dgħufija tiegħu, Bernard Grech għadda ċ-ċwievet tat-tmexxija tal-PN b’mod uffiċjali lil Karol Aquilina. Karol Aquilina issa sar il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Nazzjonalista sar Karol Aquilina.
Il-Partit Laburista