Persuna li tieħu ħsieb it-tfal li kienet instabet ħatja bil-qtil ta’ żewġt itfal fl-appartament li kienu jgħixu fih fi New York ingħatat sentenza ta’ għomor il-ħabs.
Waqt l-għoti tas-sentenza, l-imħallef iddeskriviet lil Yoselyn Ortega ta’ sitta u ħamsin sena bħala ħażen pur.
L-iġsma mdemmija ta’ Lucia Krim ta’ sitt snin u ħuha Leo ta’ sentejn instabu minn ommhom fil-banju f’Ottubru tal-elfejn u tnax.
Ortega wieġbet li kellha problemi mentali, iżda l-ġurati rrifjutaw id-difiża.