Fi New Zealand għaddejja ħidma sabiex ikunu salvati mal-240 balena li għadhom fuq ix-xatt.
Kmieni dalgħodu għadd ta’ voluntiera irnexxielhom isalvaw 100 balena mill-400 li nhar il-Ħamis spiċċaw fuq xatt. Hija biċċa xogħol diffiċli anke jekk numru kbir ta’ voluntiera qed jgħinu f’Farewell Spitt.
Ammont kbir mietu, minkejja li l-pubbliku u professjonisti għamlu minn kollox biex isalvawhom. Hemm it-tama li l-baleni li spiċċaw fuq il-bajja dalgħodu jsalvaw meta jerġ’a jidħol l-ilma fix-xatt għada filgħodu. Persuni qed josservaw is-sitwazzjoni mill-qrib u għad mhux magħruf jekk ix-xatt se jara iktar baleni li jidħlu fiż-żona.
Qed jingħad li xi klieb il-baħar setgħu iddirieġew lill-baleni lejn din il-parti u dan minħabba li fuqhom nstabu marki ta’ gdim.