Il-gvern ħallas lura t-taxxa żejda mħallsa fuq xiri ta’ karozzi fis-sena 2005. Dan skont kif imwiegħed fl-aħħar baġit.
Fil-fatt llum kienu mijiet dawk li fil-posta sabu korrispondenza mill-Ministeru ta’ Trasport u Transport Malta u la kienet ċitazzjoni u wisq anqas ħlas ta’ liċenzja.
Minflok kienet ittra tinforma lil dak li jkun li għandu ċekk ta’ mijiet ta’ ewro x’jonfoq.