Bibien li jinsabu f’żewġ toroq f’Malta, waħda f’Ħaż-Żabbar u oħra f’Ħad-Dingli, ingħataw uffiċjalment numri ġodda. Dan hekk kif is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali ħabbret li t-toroq ikkonċernati huma Triq Patri Taddew Schembri, Ħaż-Żabbar u Triq Dun Karm Azzopardi, Ħad-DingliL-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Jannar, 2018, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet.
Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa għaxart ijiem mid-19 ta’ Jannar, 2018.