Żagħżugħ ta’ 27 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal sentejn wara li kixef il-parti ġenitali quddiem waħda mill-fattigi f’lukunda. Bogdan Valentin Arthur Alfred Cilia ammetta li f’Ġunju tal-elfejn u tlettax wettaq attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ fattiga.
Il-każ seħħ meta Cilia u sħabu marru Paceville bl-akkużat jispiċċa fis-sakra. Huma ddeċidew li jmorru jieħdu kolazzjoni fil-lukanda u f’xi ħin sħabu telqu. Dan sehh wara li huwa ra lil waħda mill-‘maids’ u beda jimxi warajha sakemm f’ħin minnhom daħal warajha f’kamra u wrieha l-parti intima tiegħu.