Raġel ta’ tletin sena residenti Birkirkara sofra ġrieħi ħfief wara li baqa’ dieħel bil-vettura tiegħu ġo ħajt.
L-inċident seħħ fi triq Sant Andrija, Pembroke għall-ħabta tat-tmienja u għaxra tas-Sibt filgħaxija wara li r-raġel bil-vettura tat-tip Ford Ka għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt.
Intant għall-ħabta tas-1:25 ta’ dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-mina ta’ Ħal Kirkop.
Dan hekk kif vettura tat-tip Volkswagen Golf misjuqa minn tfajla ta’ tnejn u għoxrin sena residenti Mqabba laqtet il-bankina u nqelbet waqt li kienet ġejja mill-Gudja direzzjoni għal Ħal Kirkop.
Fuq il-post marru membri mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u sussugwentament, it-tfajla ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief.