Mara ta’ 53 sena minn Ħ’Attard qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza tal-għamla Honda Fit li kienet misjuqa minn mara ta’ 38 sena minn Marsascala. L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tas-6:15 ta’ waranofsinhar fi Triq Guljetta Lopez f’Santa Luċija.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, il-mara ġiet iċċertifikat li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Ix-xufiera ttieħdet l-Isptar Mater Dei wkoll minnħabba li kienet qiegħda isofri minn xokk qawwi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett