Tork li għandu bejn il-45 u l-50 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħaxija ntlaqat minn vettura tal-għamla Mercedes. L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel intlaqat minn vettura ta’ tip Mercedes misjuqa minn raġel ta’ 36 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post ġie msejjaħ tim mediku li ħadu lill-vittma b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.