Niġerjan ta’ 47 sena, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ meta ċeda saqaf ta’ residenza fi Sqaq Sajjan, f’Tas-Sliema. L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-4:30 ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.