F’eżerċizzju li sar fi skola primarja, il-produttur tal-films Gino Lombardi spjega kif bi ftit kliem irnexxielu jikkonvonċi bosta studenti biex imorru miegħu wara li qalilhom li għandu l-frieħ tal-klieb.
Bi twissija għall-ġenituri, Lombardi spjega kif dan l-eżerċizzju li sar wara li kien mistieden fl-iskola għandu jservi ta’ eżempju lill-ġenituri biex aktar minn qatt qabel jgħallmu lit-tfal tagħhom li m’għandhom qatt jafdaw persuna li ma jafuhiex – anke jekk jofrilhom il-ħelu jew jekk jidher persuna ġenwina.
Lombardi spjega kif hekk kif daħal mill-kanċell tal-iskola, wara li kien mistieden biex jgħamel eżerċizzju mat-tfal tal-Kinder 2 u Year 1 biex jaraw jiġux miegħu minkejja li ma jafunix, it-tfal mill-ewwel laqgħuh.
Offrielhom il-ħelu, qalilhom li għandu l-frieħ tal-klieb u staqsihom jekk jixtiqux imorru miegħu biex jurihomlhom.
Spjega kif bi ftit kliem irnexxielu jipperswadi madwar 18-il tifel u tifla. Hekk kif waslu ħdejn il-kanċell biex joħorġu, laqgħethom l-Assistent Head u flimkien spjegawlhom x’għamlu ħażin.
Minn hemm marru fi Klassi tal-ewwel sena, li fiha minbarra t-tfal kien hemm l-għalliema, l-LSAs u anke xi studenti. Kif dħalt l-għalliema staqsietu jekk l-Amministrazzjoni tal-Iskola kienux jafu li dħalt u wara li weġibha dar fuq it-tfal u għamel l-istess eżeċizzju.
Minn klassi ta’ madwar 20 tifel u tifla rnexxielu jipperswadi 6 minnhom biex imorru jaraw il-klieb. Kif ħareġ mill-klassi u tbiegħed ftit passi waqqafhom u reġa’ spjegalhom li qatt m’għandhom jafdaw persuna li ma jafuhiex u jaqbdu u jmorru miegħu bla permess tal-ġenituri jew l-għalliem tagħhom. Hu qalilhom kif seta’ joħodhom miegħi u jaqfilhom f’post fejn ma jarawx lill-ġenituri, ħuthom jew lin-nanniet aktar.
Lombardi temm jgħid kif wieħed għandu jdaħħalha f’moħħ it-tfal it-tfal iż-żgħar li m’għandhom jafdaw lil ħadd li jtihom ftit ħelu u jwegħdom xi ħaġa sabiħa.