Splużjoni kbira fl-Università La Dous Campus f’Lyon fi Franza. Dan seħħ wara li sploda ċilindru tal-gass li kien fuq il-bejt fejn tinsab il-librerija xjentifika – liema post kienu qegħdin isirulu xi xogħolijiet.
L-isplużjoni tant kienet kbira li kkawżat bosta nirien. Jidher li tliet persuni sfaw feruti kawża ta’ dan l-inċident.
Fuq il-post marru l-pumpieri fejn tfew in-nirien u anke evakwaw iż-żona milquta sabiex jiġi evitat kull periklu.