Kmieni wara nofsinhar, xabbatur Għawdxi ta’ 58 sena, talab għall-għajnuna wara li spiċċa mwaħħal mal-irdum ta’ Mġarr ix-Xini f’Għawdex.
Jidher li kien hu stess li ċempel għall-għajnuna wara li ma setax jinqala’ minn mal-Irdum.
Fuq il-post jinsabu l-membri tal-Emergency Response and Rescue Corps.
Għalkemm bdew jinstemgħu l-għajat tiegħu għall-għajjut, jidher li l-membri tas-salvataġġ ma setgħux jillokalizawh. Għaldaqstant, għall-ewwel darba ntuża drone apposta sabiex jillokalizzaw lix-xabbatur.
Jidher li r-raġel, li huwa mis-Sannat, kien ilu madwar siegħa mwaħħal mal-Irdum. Huwa ttella’ lura b’ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Ir-raġel ittieħed l-isptar ġenerali t’Għawdex wara li sofra minn xi ġrieħi ħfief.
