Raġel ta’ 29 sena mill-Mellieħa ttieħed l-Isptar Mater Dei għal kura wara li kien involut f’inċident fil-Mellieħa.
Minn informazzjoni li kiseb One News jirriżulta li fis-sitta ta’ filgħaxija seħħ inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Jidher li trakk kien involut f’numru ta’ inċidenti fil-Mellieħa. Sorsi qalulna li l-ewwel inċident seħħ quddiem il-bajja tal-Għadira filwaqt li t-tieni inċident seħħ fi Triq George Borġ Olivier fejn hemmek baqa’ dieħel f’ħames vetturi pparkjati, fosthom mutur.
Fuq il-post immedjatment issejħu Ħaddiem tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ ambulanza b’tim mediku li ħadet persuna l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Kawża ta’ dan l-inċident kellhom jingħalqu xi toroq.