ONE News huwa nfurmat li ftit tal-ħin ilu, il-barra mill-waterpark f’ Buġibba inqalbet dgħajsa.
Hu mifhum li minħabba dan l-inċident, issejħet l-assistenza tas-servizzi tas-sigurta kollha inkluż, l-AFM, il-Pulizija u tim mediku minn Mater Dei.
ONE News jinsab infurmst li ftit tal-ħin ilu kien hemm dgħajsa li talbet l-assistenza tal-AFM izda sakemm waslu jidher li s-sitwazzjoni kienet ikontrollata.
Hu mifhum li fuq id-dghajsa kien hemm xi persuni imma kull persuna tidher li tinsab f’qgħada medika tajba.
Aktar dettalji hekk kif jaslulna.