“Bħalissa swied il-qalb. Ilna nippjanaw għal dawn l-aħħar xhur, ’il bogħod mill-familja, ħafna preparamenti, infiq ta’ flus, iljieli ma torqodx u mbagħad jiġu dal-ħamest ijiem biex toffri spettaklu u t-temp joħroġ bil-maltemp.” Dan kien il-messaġġ li wassal Jeremy, dilettant tal-karnival, mal-paġna The People of Malta meta mistoqsi dwar kif qed iħossu.
Hu spjega kif jemmen li jista’ jsir qbil biex l-affarijiet jitgawdew aktar. Sostna li l-atmosfera bejn id-dilettanti tal-karnival hi waħda ta’ diżappunt.
Dan hekk kif fejn is-soltu f’dal-ħin ikunu fi briju u ferħ, jinsabu mdejqin. Temm billi qalilhom li j’alla fil-jiem li ġejjin it-temp jippermetti sabiex joffru spettaklu li jitgawda mill-ħafna Maltin u turisti.
Ritratt: The People of Malta