Preżenza qawwija ta’ Pulizija u paramediċi jinsabu f’Tas-Sliema wara rapporti ta’ sparatura.
L-allegat każ seħħ tard it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tal-10:15pm fi Triq Locker kantuniera ma’ Triq Tony Nicholl.
Kienu l-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ Unit ta’ Pulizija mir-Rapid Intervention Unit li waslu mal-ewwel fuq il-post wara rapporti li nstemgħu tiri fuq il-post.
One News hu infurmat li dan kien każ ta’ serqa li rriżulta fi sparatura. Mhux eskluż li din l-isparatura setgħet ħalliet persuni mejta.
Min ħin għal ħin kelliem tal-Pulizija mistenni jagħti aktar dettalji dwar il-każ.