Ekwipaġġ mit-taqsima Marittima ta’ Forzi Armati Maltin jinsab fi triqtu lejn operazzjoni ta’ salvataġġ biex jinġieb Malta raġel li jinsab fuq dinghi f’nofs ta’ baħar biex jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei.
Ir-raġel li x’aktarx għandu madwar 18-il sena u li hu mill-Kosta tal-Avorju, ġie salvat minn bastiment bl-isem ta’ SeaWatch 3 li hu parti mill-flotta ta’ NGO li tissorvellja l-ibħra biex issalva l-immigranti. Hu mifhum li r-raġel kien ma grupp ta’ persuni oħra fuq dinghi f’ nofs ta’ baħar, 25 mil nawtiku l-barra mill-kosta ta’ Marsaxlokk.
Sorsi qrib l-operazzjoni qalu lil one.com.mt li l-ekwipaġġ Malti se jirritorna lura lejn il-bażi f’ Haywharf għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fejn hu mistenni li jkun hemm tim mediku jistenna biex jassisti lil dan ir-raġel.