Raġel Malti ta’ 40 sena waqa’ għoli ta’ sular f’bokka li kienet miftuħa waqt li kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ fi Sqaq Lourdes f’San Ġiljan għall-ħabta tat-3:15 ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku milll-isptar Mater Dei, fejn aktar ġie ċċertifikat li qed isofri mninn ġrieħi gravi.