Bħalissa, il-Pulizija flimkien mad-Dipartiment tat-Tindif u l-Manutenzjoni għaddejjin b’operazzjoni sabiex ineħħu strutturi, imwejjed u siġġijiet miż-żona f’Xatt Mollijiet fil-Marsa, ħdejn iċ-ċentru miftuħ tal-Marsa.
ONE News jinsab infurmat li dawn l-istrutturi, imwejjed u siġġijiet kienu qed jokkupaw dawn iż-żoni fil-Marsa b’mod illegali.
Il-Pulizija qed tinvestiga dwar dan il-każ.
Dwar dan il-każ, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li din l-operazzjoni qed issir wara li r-rejds li saru dan il-lejl marbuta ma’ droga u immigrazzjoni irregolari.