ONE NEWS jinsab infurmat li bħalissa l-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ qtil fi Triq Sir George Borg Tas-Sliema.
L-allegat omiċidju seħħ għall-ħabta tas-7AM, bil-vittma hija mara.
Infurmati wkoll li l-allegat aggressur ta ruħu b’idejh lill-Pulizija.
Fuq il-post hemm numru ta’ uffiċjali minn taqsimiet differenti fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.
Dan huwa t-tieni qtil li seħħ f’temp ta’ anqas minn ħmistax mill-bidu ta’ sena ġdida. Eric Borg huwa l-vittma tal-ewwel omiċidju, bil-pulizija diġà xliet quddiem il-Qorti lil Noel Azzopardi bħala l-allegat aggressur.