ONE News jinsab infurmat li mara ġiet arrestata wara li allegatament tat daqqiet ta’ sikkina lil raġel fi Triq tal-Gardiel, f’Marsaskala.
Jirriżulta li nqalgħet ukoll kommossjoni bejn qraba mill-familji taż-żewġ persuni li nġabru fuq il-post.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan l-istazzjon għamel kuntatt ma’ Kelliem għall-Pulizija li kkonferma li f’Wied il-Għajn intalbet l-assistenza tagħhom.
Fuq il-post anke ssejħet ambulanza b’tim mediku biex jagħti l-Ewwel Għajnuna lir-raġel, bit-triq ukoll tinsab magħluqa. Ir-raġel qed jiġi rikoverat fl-Isptar Mater Dei.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej.