L-Iran beda attakk qawwi fuq Iżrael permezz tal-missili.
Din l-aħbar ġiet ikkonfermata mill-midja tal-Iran, fejn filmati b’mod dirett li qed jixxandru bħalissa f’numru ta’ siti internazzjonali juru għexieren ta’ missili jiġu sparati lejn il-pajjiż Lhudi.
Pajjiżi bħall-Istati Uniti ilhom ġurnata sħiħa jwissu dwar dan l-attakk, dan fl-istess ħin li ġie rrappurtat ukoll kif it-truppi Iżraeljani invadew il-Libanu.
Sadanittant, is-sireni qed jinstemgħu lejn in-naħat ta’ Ġerusalemm, u ħareġ appell biex l-Iżraeljani imorru f’żoni siguri.
Il-militar Iżraeljan qal li ħafna mill-missili sparati lejn id-direzzjoni tagħhom qed jitwaqqgħu.
L-attakk intemm ftit tal-ħin wara, b’Iżrael tgħid lili dawk li marru fix-xelters li jistgħu joħorġu b’mod normali.
Is-servizzi tas-saħħa f’Iżrael qalu li ma hemm l-ebda rapporti ta’ mewt jew nies bi ġrieħi serji.
Sky News captured this live. Iran launched missiles at Isreal. pic.twitter.com/J0kjRwU0rY
— Mukhtar (@I_amMukhtar) October 1, 2024