Id-Dwana ta’ Malta wettqet l-ikbar qabda ta’ oġġetti tal-kuntrabandu fosthom ħwejjeġ u żraben fl-istorja tagħha.
Fi stqarrija, id-Dwana qalet li s-sejba saret wara erba’ xhur ta’ investigazzjoni u osservazzjoni ta’ kontejners li kienu fi triqthom lejn l-Ewropa.
L-oġġetti tal-kutrabandu fosthom ħwejjeġ, żraben, hand bags u remote controlllers tal-logħob instabu maħżuna f’36 kontejner minn konsenja ta’ 44 kontejner li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu ta’ 45 pied il-wieħed. Il-kontejners inqabdu fil-Port Ħieles fi triqithom mill-Asja lejn l-Afrika.
L-ufifċjal għoli tad-Dwana fil-Freeport George Agius qal li l-oġġetti tal-kuntrabandu nstabu moħbija fuq wara tal-kontejner. Spjega li minn bagħat il-kontejners, stiva l-ewwel 20 pied mill-bieba ta’ kull kontejner bi prodotti tajbin biex jipprova jqarraq l-għajnejn tal-uffiċjali tad-Dwana.
Agius spjega: “F’Lulju inċevejna l-ewwel kontejner. Mill-scanning nnutaw li parti mill-containers huma differenti mill-kumplament tal-kontentut permezz tal-immaġini. Hemmhekk kellna suspett u indunajna li kienu ta’ ditti rinomati.”
Huwa żied jgħid li matul il-jum il-ħaddiema tad-Dwana fil-Freeport battlu diġà kontejners bil-ħidma mistennija tieħu bosta jiem. Qal li b’kollox instabu wieħed u 90,700 aċċessorji ta’ telefons ċellulari.
- 46,800 biċċa tal-ħwejjeġ.
- 43,900 par żarbun sportiv.
- 14,300 track suit.
- 7,700 par żarbun.
- 750 game controllers.
Huwa qal li l-imħuħ wara din il-konsenja ma rnexxielhom iġibuha żewġ għax dak li ma setgħux jaraw b’għajnejhom l-uffiċjali tad-Dwana, rah l-iscanner soffistikat li investiet fih id-Dwana fl-aħħar xhur.
“Barra minn dawn l-affarijiet kellna ukoll rizultati pozittivi fejn jidhol sustanzi illegali. Mill-immaġini li niriċevu, aħna nifmhu u naraw mill-esperjenza u hemm nibdew inqabblu u għandna sistema teknoloġiċi li lilna jqamulna suspett qawwi”, kompla jispjega Agius.
Is-Sur Agius spjega l-oġġetti tal-kuntrabandu ġew ikkonfiskati mid-Dwana: “Imbagħad il-Qorti tordna biex jitkissru l-affarijiet fil-presenza tad-Dwana u b’hekk ma jibqgħux fil-linja tal-kummerċ.”
Id-Dwana qed tqis li din hi l-akbar konsenja ta’ kontejners f’daqqa li qatt ikkonfiskat fl-istorja u sostniet li kollox jindika li l-ammont se jilħqu ċifri rekord. L-akbar konsenja maqbuda fil-passat kienet ta’ 15-il kontejner.