Anzjan ta’ ħamsa u sittin sena sofra xi ġrieħi wara li kien involut f’inċident bil-karozza fil-bypass tal-Imrieħel.
L-inċident seħħ is-Sibt fl-erbgħa neqsin kwart ta’ wara nofshinar.
Jidher waqt li l-anzjan kien qed isuq il-karozza ta’ tip Peugeot 107 tilef il-kontroll, ħabat ma’ lqugħ tal-konkos u spiċċa fuq is-central strip.
Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.