Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-ħaddiema tal-isptar Mater Dei.
Fi żjara għall-għarrieda, il-Prim Ministru Robert Abela żar il-laboratorji u s-sezzjoni tal-ambulanzi.
Il-Prim Ministru Abela rringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol importanti li qed iwettqu u apprezza d-dedikazzjoni liema bħalha li qed juru.
Huwa tkellem fil-fond u ġie spjegat lilu x-xogħol li qed iwettqu l-ħaddiema fid-diversi dipartimenti fl-isptar.
Irrimarka għall-miżuri bilanċjati li ħa l-Gvern favur saħħet il-poplu.
Fakkar li l-prijorità ewlenija tal-Gvern dejjem kienet u se tibqa’ l-issalvagwardjar ta’ saħħet il-poplu Malti u Għawdxi.
Ritratti: Gareth Degiorgio