Fid-9:00 tal-Erbgħa filgħodu l-Kummissjoni Elettorali bdiet l-elezzjoni każwali għall-post vakat mill-Kummissarju Ewropew Helena Dalli. Hija rreżenjat mill-Parlament fix-xahar ta’ Novembru qabel bdiet bil-ħidma tagħha bħala parti mill-Kummissjoni Ewropea l-ġdida.
Għas-siġġu ta’ Dalli fit-tielet distrett elettorali tefgħu isimhom Calleja Mario, Micallef Edric, Micallef Jean Claude u Muscat Sebastian. Bħalissa l-assistentj tal-għadd maħtura mill-Kummissjoni Elettorali fetħu l-pakketti kollha li bihom telgħet Helena Dalli u l-ewwel kandidat li jilħaq il-kwota li hija nofs ta’ dik li biha ġiet eletta Dalla jieħu postha fil-Parlament.
Tajjeb ta’ min jinnota li dan il-proċess mistenni jieħu ammont ta’ ħin hekk kif l-elezzjoni ġenerali tal-2017 kienet l-aħħar elezzjoni li fiha ngħaddu l-voti kollha bl-idejn. Allura dawn il-voti tal-lum ukoll iridu jiġu mgħadda kollha b’mod manwali wara li jkunu ġew imqassma fil-garżelli tal-kandidati rispettivi.