Bħalissa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bdew ħidma sabiex jitfu nirien li ħakem uffiċċju li jinsab fit-tieni sular fi blokka ta’ tmien sulari f’ High Street Tas-Sliema.
Xhieda fuq il-post tal-inċident qalulna li l-blokka kollha ġiet evakwata sakemm titlesta l-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili u jitneħħa kull periklu.
In-nies ġew evakwati lejn Bisazza Street
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.