Ftit tal-ħin ilu, Bjorn Formosa, ħabbar li se jkun qed jagħmel l-operazzjoni proprju llum.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan wara li lbieraħ, fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, kiteb kif kien qed jagħmel xi testijiet biex jara jekk l-operazzjoni li għandu bżonn tistax issir.
Fost it-testijiet li għamel ilbieraħ, Bjorn kellu jagħmel xi testijiet tad-demm.
Fil-messaġġ tiegħu fuq Facebook, spjega kif minkejja li qed jibża’, xorta waħda kien qed iħossu eċitat ħafna.
Kienu bosta li għaddew messaġġi pożittivi fuq Facebook indirizzati lil Bjorn, b’bosta kitbulu li se jkunu qed iżommuh fit-talb tagħhom.