Għall-ħabta tal-17.30 seħħ argument bejn mara u raġel f’residenza fi Tirq l-Għollieq il-Fgura.
Ir-raġel ġie arrestat mill-Pulizija, għadu mhux magħruf x’kienet ir-raġuni wara l-argument. Il-mara ġarrbet xi ġrieħi f’dan l-argument iżda l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.
Il-Pulizija jinsabu fuq il-post u bħalissa qed issir investigazzjoni.
Aktar dettalji jsegwu.