L-għaqda mhux governattiva MSF ħabbret li bħalissa fil-baħar Mediterran hemm mal-1000 immigrant abbord 7 laneċ fi triqthom lejn l-Ewropa.
Skond tweet li ħarget għall-ħabta tas-19:15 tal-Ħadd filgħaxija l-MSF qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni ta’ Ruma talab għall-assistenza ta’ diversi bastimenti li bħalissa qed ibaħħru fil-baħar Mediterran.
Qalu wkoll li d-dgħajsa Aquarius mistennija tasal fiż-żona fejn hemm l-immigranti aktar tard ilejla.
Aktar dettalji kif jaslulna.